“Għandi messsaġġ… ħadd minna ma jitlaq minn art twelidu b’kapriċċ, bla raġuni”

Eltyaib Arabi, ħarab ma’ tmien ħutu oħra u hu biss baqa’ ħaj

Minn Victor Vella

Fl-aħħar jiem rajna kif ammont ta’ dgħajjes li telqu mil-Libja bl-għan li dawn jibdew ħajja ġdida fl-Ewropa kellhom fortuni differenti. Xejn inqas minn 800 persuna ġew interċettati mil-Libjani u ttieħdu lura lejn il-Libja. L-aħħar rapporti juru li dawn spiċċaw mill-ġdid fid-detenzjoni u dan meta hu magħruf minn liema sitwazzjoni xejn sbieħ jgħaddu l-istess persuni. Diversi qraba u ħbieb ta’ persuni li jinsabu l-Libja appellaw biex l-Ewropej ma jibqgħux jagħmu ħitan u biex dawk salvati ma jintbagħtu lura.

Fl-aħħar jiem, kien persuna Afrikana stess li qed fil-Libja li ħass li kellu jagħmel appell lill-awtoritajiet. 

Fl-appell tiegħu hu qal li “jisimni Eltyaib Arabi. Għandi messaġġ għall-awtoritajiet Ewropej. Jien ‘refuġjat’ li qed fil-Libja. Kont ngħix is-Sudan, eżattament fid-Darfur. Ħadd minna ma jitlaq minn art twelidu kapriċċ, bla raġuni. Tlaqna mid-Darfur għal diversi raġunijiet.  Sa mis-sena 2003, f’dak il-pajjiż kien hemm ġenoċidju.  Kien minħabba dak li tlaqna. Mid-Darfur għaddejna lejn iċ-Chad. Qsamna id-deżert tas-Sahara. Id-diffikultajiet kienu kbar. Jien tlaqt minn art twelidi flimkien ma’ tmien ħuti.  Id-destinazzjoni kienet il-Libja. Jien biss għadni ħaj. Iva jien biss bqajt. Ma nafx x’se jiġri għada jekk nibqa’ hawn. Ninsabu f’inċertezza kbira.”

Jenfasizza li “nittama li l-awtoritajiet Ewropej jiismgħu dan il-messaġġ. Ejjew hawn il-Libja. Qed jintilfu ħafna ħajjiet hawn. M’għandniex futur.  Ejjew hawn u għinuna. Għinuna lit-tfal u nisa tqal li hawn. Qegħdin ibatu ħafna. NItlobkom ejjew u salvawhom”, jiddikjara Eltyaib Arabi. 

Share With: