Ftit aktar fejqan minn każi ġodda fl-aħħar sigħat

In-numru tal-każi attivi f’pajjina niżel bi ftit għal 2,521 wara li minn 2,660 swab test li saru matul il-jum tal-bieraħ irriżultaw 130 persuna pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 134 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus.

Intant mill-istatistika ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa jirriżulta li sal-bieraħ kienu amministrati 63,308 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. S’issa 20,189 persuna ngħataw iż-żewġ dożi tal-vaċċin.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm pazjent ta’ 72 sena miet fl-Isptar Mater Dei waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. 

Share With: