Fr Martinelli jgħid li l-akkużi ta’ abbuż sesswali huma “għira għalih”

Qassis Taljan, fil-Qorti ċaħad li mmolesta abbati fis-seminarju tal-Vatikan. Hu kien qed jixhed fil-proċeduri li għaddejjin fil-qorti dwar allegati abbużi sesswali fil-Vatikan.

Ir-Reverendu Gabriele Martinelli qal lit-tribunal tal-Vatikan li l-allegazzjonijiet kienu foloz.  Hu ddeskriva l-alelgazzjonijiet bħala ‘għira’ u ‘firda’.

Is-seminarju San Piju X, jinsab f’Palazz fil-ġonna tal-Vatikan. Fih jinżammu tfal ta’ bejn it-12 u 18-il sena u dawn iservu bħala abbatini fil-quddies li jsiru fil-Bażilika ta’ San Pietru. Dan l-iskandlu feġġ fis-ssena 2017, meta eks abbatini ħarġu b’allegazzjonijiet fil-pubbliku kontra Fr Gabriele Martinelli. 

Hu qed ikun akkużat li abbuża mill-awtorità tiegħu  u li kien jisforza seminarista identifikat bħala L.G. f’masturbazzjoni li kienet tispiċċa fi vjolenza u theddid. Fr Martinelli fil-Qorti qal li l-akkużi li saru impossibbli li jitwettqu  minħabba l-mod kif inhu magħmul is-seminarju.

“Jien qed taħt l-attakk imma fuq kollox qed dak li jridu jattakkaw hu s-seminarju”, qal Fr Martinelli fil-Qorti.

Ir-Reverendu Enrico Radice, hu akkużat li għen lil Fr Martinelli. Hu ċaħad ukoll.

Share With: