“Fi żmien bla kriżi l-PN żied il-prezz tal-petrol, id-dijżil, il-ħobż u żied il-kontijiet tad-dawl u l-ilma” – il-Ministru Carmelo Abela

Il-Ministru Carmelo Abela f’diskors fil-Parlament qal li “minn Marzu ‘l hawn komplejna nqassmu u mhux nieħdu lill-ħaddiema. Qassmna lil dawk li sofrew inġustizzja. Fis-sena 2005, Malta kellha l-anqas rata ta’ tkabbir ekonomiku. Il-pagi kienu żdiedu anqas mir-rata tal-inflazzjoni. U f’din is-sitwazzjoni, l-uniku pjan li kellu l-Gvern Nazzjonalista kien dak li jaqta’ u jnaqqas mil-leave tal-ħaddiema.”

Kompla jgħid li “b’dan li twettaq fis-sena 2005, kienu ġew affettwati 140,000 ħaddiem mill-qasam produttiv. Imma x’għamel aktar il-Gvern Nazzjonalista? Żied il-prezz tal-pitrolju, tad-dijżil, żdied il-prezz tal-ħobż, beda jgħolli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u lill-ħaddiema mbagħad serqilhom il-leave. Dan kellu effett fuq il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema”.

Share With: