Fejn spiċċat din il-mara?… Biża li raqdet u spiċċat ingħasret fl-iscammel

Fi Brisbane l-Awstralja għal dawn l-aħħar ħamsin jum kienu għaddejjin tfittxijeit intensivi għal mara li għebet, Il-mara Natarn Auld ta’ 38 sena u li hi omm ta’ tlett itfal ma dehritx aktar mindu kienet telqet minn Capalaba Unit fl-14 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet. 

Saru tfittxijiet kbar f’din iż-żona ta’ Brisbane iżda kienu kollu għalxejn. L-investigaturi bdew isegwu l-informazzjoni mill-mowbajl u issa hemm biża’ li hi setgħet raqdet fi skip u dan wasal biex hi spiċċat ingħasret fl-iscammel li jiġbor l-iskart.

L-investigaturi waslu għal din it-teorija għax minn data li analizzat mill-mowbajl, intweriet ir-rotta li hi simili għal dik li juża l-iscammel fiż-żona. 

Share With: