Fearne jemfasizza l-ħtieġa tal-akkwist ta’ booster shots

L-akkwist ta’ dożi booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19 huwa importanti biex ikun assigurat li pajjiżi Ewropej ma jinqabdux mhux preparati. Qal dan id-Deputat Prim ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne lis-sit awtorevoli Politico.

F’kummenti li għadda lis-sit, Fearne emfasizza l-ħtieġa li jkun hemm l-arranġamenti kollha f’lokhom, hekk kif jaf tkun meħtieġa doża booster biex persuni li jkunu ġew imlaqqmin kontra l-Covid-19 ikunu protetti kontra varjanti ġodda tal-virus.

Attwalment l-akbar tħassib huwa rigward il-varjant li feġġ fl-Afrika t’Isfel, bi studji preliminari juru li l-vaċċin ta’ Oxford/AstraZeneca jaf jipprovdi biss sa 10% tal-protezzjoni kontra dan il-varjant.

AstraZeneca qalet li qed taħdem biex tagħmel aġġornament lill-vaċċin bil-għan li dan joffri protezzjoni kontra dan il-varjant.

Share With: