Facebook jimblokka lill-poplu Awstraljan milli jaqra jew jagħmel share ta’ aħbarijiet

Facebook imblukka lil kull min jagħmel użu mill-pjattaforma soċjali fl-Awstralja milli jara jew jagħmel share ta’ kontenut ta’ aħbarijiet, b’dan joħloq allarm dwar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni importanti.

L-azzjonijiet meħudin minn Facebook waslu b’rispons għal liġi proposta biex ġganti tat-tekonoloġija jħallsu għal kontenut tal-aħbarijiet fuq il-pjattaformi tagħhom.

Illum il-poplu Awstraljan qam u sab li l-paġni tal-aġenziji tal-aħbarijiet fuq Facebook, kemm lokali u kif ukoll internazzjonali, ma kinux disponibbli.

Diversi paġni tas-saħħa u ta’ emerġenza tal-Gvern Awstraljan ukoll kienu mblukkati, xi ħaġa li Facebook aktar tard saħqet li kien żball min-naħa tagħha.

Dawk barra l-kontinent ukoll ma jistgħux jaqraw jew jaċċessaw aħbarijiet minn minn aġenziji Awstraljani fuq il-pjattaforma.

Il-Gvern Awstraljan ikkritika bil-qawwa kollha l-aġir ta’ Facebook, u qal li dan juri “s-saħħa immensa ta’ dawn il-ġganti soċjo-diġitali.”

Share With: