“Ejja nħarsu lejn l-iżvilupp tal-ekonomija iktar milli tat-tkabbir”

Isostni dan il-Ministru għall-Finanzi u l-Impjiegi Clyde Caruana 

Il-Ministru għall-Finanzi u l-Impjiegi Clyde Caruana nsista li l-pajjiż irid jibda jħares lejn l-iżvilupp tal-ekonomija iktar milli t-tkabbir tagħha.

Huwa u jindirizza ‘business breakfast’ dwar il-produttività organizzat mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-Bord Nazzjonali tal-Produttività, Caruana irrikonoxxa li t-tkabbir ekonomiku jżidu d-dħul lill-Gvern u bih ikun jista’ jagħmel diversi proġetti.

Madankollu nsista li issa l-iżvilupp ekonomiku huwa iktar importanti u fix-xhur li ġejjin se jkun kruċjali li din tkun il-prijorità.

Waqt li semma kif bħalissa ħafna gvernijiet huma interessati li jżidu d-dħul mit-taxxi biex jagħmlu tajjeb għall-impatt tal-pandemija, Caruana sostna li Malta tinsab f’pożizzjoni aħjar mil-lat ta’ sitwazzjoni finanzjarja.

Caruana enfasizza wkoll li pajjiżna jeħtieġ ikompli jinvesti, inkluż fil-kapital uman, biex ikompli jirranka fil-qasam ekonomiku u jirkupra mill-pandemija.

Share With: