Deputat Nazzjonalista jgħid li dan il-gvern seraq lill-ħaddiema

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo iddikjara fil-Parlament li dan hu gvern li lil ħaddiema ħadilhom.  Qal li dak li issa qed jipprova jagħti l-gvern fejn se tingħata ġurnata leave għal kull festa pubblika li tiġi fi tmiem il-ġimgħa, hu ħafna inqas minn dak li filfatt ħa lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

“Dan il-gvern seraq lil ħaddiema. Seraq lil ħaddiema il-valur ambjentali ta’ pajjiżna. Seraq lill-ħaddiema għax hawn żieda ta’ 9,000 persuna f’periklu ta’ faqar. Il-paga minima żdiedet mill-inqas fl-Unjoni Ewropea.  Il-ħaddiema għatuhom lura l-kredibilità li sraqtulhom. Tuna lura l-futur u ġejjieni li intom sraqtu. Tuhom lura l-fiduċja”, qal Edwin Vassallo.

Tenna li “l-Prim Ministru qed jgħid li qegħdin fil-ġenna. Iltqajt ma wieħed li qalli għidlu l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali  qed fil-ġenna għax żied il-paga. Prim Ministru inti qed fil-ġenna. U dan ir-raġel qalli mela jien qed fil-ġenna il-pensjoni bil-kemm isservini. Tiġix tbiegħ is-serjetà fejn m’hemmx”, tenna Vassallo.

Share With: