Demi Lovato kellha tliet puplesiji u attakk tal-qalb wara l-overdose

Il-kantanta Demi Lovato stqarret li hija kienet sofriet minn tliet puplesiji u attakk tal-qalb wara li kienet spiċċat b’overdose tad-droga fl-2018. Dakinhar it-tobba qalulha li kienet ftit biss minuti ’l bogħod mill-mewt. 

Il-pop star Amerikana, li għandha 28 sena, qalet li kawża ta’ dan kollu hija sofriet ħsara f’moħħha u għadha qiegħda tħoss l-effetti sal-lum. Fost l-effetti li qiegħda tħosshemm lil-vista tagħha mhix ċara tant li la tista’ suq u ssibha diffiċli biex taqra. 

Lovato kienet iddaħħlet l-isptar b’urġenza f’Lulju tal-2018 wara li kienet instabet mitlufa minn sensiha fid-dar tagħha ġewwa Los Angeles. Fil-jiem li ġejjin fuq YouTube se jibda dokumentarju dwar dak li għaddiet minnu Lovato bl-isem ta’ Dancing With The Devil. 

Share With: