Covid: Il-Ghana l-ewwel pajjiż li tiġi provduta b’vaċċini permezz tal-Covax

Il-Ghana saret l-ewwel li rċeviet vaċċini kontra l-Covid-19 permezz tal-inizjattiva tat-tqassim tal-vaċċini Covax.

Il-programm tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għandu l-għan li jassigura li vaċċini jitqassmu b’mod ġust fost il-pajjiżi kollha dinjin.

Covax qed jimmira li jqassam maż-żewġ biljun doża ta’ vaċċini kontra l-Covid-19 madwar id-dinja kollha sal-aħħar tas-sena.

Total ta’ 600,000 doża tal-vaċċini żviluppati minn AstraZeneca u l-Università ta’ Oxford waslu aktar kmieni llum fil-kapitali tal-Ghana, Accra.

“Il-wasla tal-vaċċini kontra l-Covid-19 fil-Ghana huwa kritiku biex il-pandemija tiġi fi tmiemha,” qalet il-WHO.

Share With: