Ċiklist ta’ dixxendenza Maltija jmut f’inċident tat-traffiku fl-Awstralja

Il-komunità taċ-ċiklisti Awstraljana tinsab f’luttu wara li sar magħruf li ċ-ċiklist Malti-Awstraljan Luke Azzopardi ħalla din id-dinja wara li ttajjar minn karozza.

Azzopardi, minn Gordonvale u li kellu 19-il sena, miet l-Erbgħa li għadda waqt li kien qiegħed fit-triq viċin Cairns jagħmel it-taħriġ tiegħu bir-rota meta ntlaqat minn karozza li kienet qed tivvjaġġa fid-direzzjoni opposta.

Sfortunatament Azzopardi miet fuq il-post filwaqt li s-sewwieq tal-karozza, mara ta’ 19-il sena, ma weġġatx fiżikament. Iċ-ċiklist żagħżugħ ġie deskritt bħala bniedem tassew umli, edukat u li dejjem kellu d-daħka fuq wiċċu.

James Mort, mill-Cairns Cycling Club esprima d-dieqa tiegħu u uħud mill-figuri ewlenin fiċ-ċikliżmu Awstraljan wasslu l-kondoljanzi tagħhom. Fuq il-paġna ta’ Cairns Cycling Club tħabbar li fl-isfond ta’ din l-aħbar traġika, il-kumitat iddeċieda li jissospendi t-tellieqa ta’ nhar il-Ħadd u minflok issir tifkira għal Azzopardi.

Azzopardi kien meqjus bħala atleta promettenti taċ-ċikliżmu b’futur brillanti u kien ukoll pparteċipa f’numru ta’ tiġrijiet barra mill-pajjiż.

Share With: