Biljuni ta’ ewro f’kokaina maqbudin fil-Ġermanja u l-Belġju

L-awtoritajiet tad-Dwana fil-Ġermanja u l-Belġju ssekwestraw ammont rekord ta’ kokaina – aktar minn 23 tunellata – li kienet destinata għall-Olanda.

Ufiċjali Ġermaniżi skoprew 16-il tunellata tad-droga f’ħames kontejners li aktar kmieni dan ix-xahar kienu waslu fil-port ta’ Hamburg mill-Paragwaj.

Il-Pulizija Olandiża ġiet notifikata, u madwar 7.2 tunellati oħrajn ta’ kokaina nstabu fil-port Belġjan ta’ Antwerp.

Uffiċjali Ġermaniżi qalu li l-kokaina kellha valur ta’ biljuni ta’ ewro ladarba tinbiegħ.

Raġel ta’ 28 sena suspettat li kien involut b’rabta mal-importazzjoni tad-droga kien arrestat fl-Olanda.

F’Antwerp, id-droga kienet moħbija f’kontejner mimli bi blokok tal-injam li kien ġej mill-Panama.

Share With: