Biegħ id-droga lil persuna vulnerabbli li spiċċa biex għamel suwiċidju

Raġel mill-Gambja kkundannat sentejn ħabs fuq traffikar ta’ droga; se jintbagħat lura pajjiżu

Mohamed Toungaza ta’ 40 sena mill-Gambja iżda residenti ż-Żebbuġ Għawdex kien ikkundannat sentejn ħabs effettivi wara li ammetta li ttraffika u kien fil-pussess tad-droga kannabis f’każ li jmur lura għall-1 ta’ Ottubru 2020.

Qabel ġie biex jagħti s-sentenza, il-Maġistrat Joseph Mifsud ikkunsidra diversi fatturi fosthom il-fedina penali netta tiegħu, l-ammissjoni tiegħu li ma kinitx waħda bikrija u l-fatt li huwa kien ittraffika d-droga, għalkemm b’ammont żgħir, lill-persuni vulnerabbli b’wieħed minnhom spiċċa biex għamel suwiċidju u l-oħra ħadilha d-droga waqt li kienet għall-kenn f’Dar Emmaus. 

Kien għal dawn ir-raġunijiet li sabu ħati tal-imputazzjonijiet miġjuba kontra tiegħu u kkundannatu sentejn ħabs flimkien ma’ multa ta’ €500. Fl-istess waqt, il-Qorti ordnat li hekk kif ikun skonta s-sentenza, il-ħati jintbagħat lura lejn il-Gambja.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. 

Share With: