Bidu ta’ ġimgħa kiesħa

Ritratt: Roger Azzopardi

Mewġa ta’ kesħa mis-Siberja waslet fiċ-ċentru tal-Mediterran. Dan l-effett beda jiinħass wara li riħ kiesaħ minn bejn il-muntanji tal-Balkani vjaġġa u fost l-oħrajn laqat il-gżejjer Maltin.

Illum it-temperatura mistennija terġa’ tibda tiżdied bil-mod għall-jiem li ġejjin u t-temp mistenni jkun bnazzi b’riħ moderat. It-temp għal din il-ġimgħa mistenni jkun ġeneralment bnazzi u b’viżibbilità tajba. Lejn tmiem il-ġimgħa hu mbassar li se jkollna temp aktar imsaħħab.

Ir-riħ se jkun qawwi u kiesaħ u jkejjel sa Forza sitta bejn illum u għada, iżda jnaqqas fil-jiem ta’ wara sakemm il-Ħadd jerġa’ jżid fil-qawwa tiegħu. L-ogħla temperatura għal din il-ġimgħa hu stmat li se tmiss is-17-il grad u l-anqas temperatura se tkun qiegħda tvarja bejn il-ħames gradi u l-10 gradi Celcius.

Share With: