Biden jiffirma ordnijiet biex jingħaqdu mill-ġdid familji ta’ immigranti mifruda

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden iffirma tliet azzjonijiet eżekuttivi li jfittxu li jgħaqqdu mill-ġdid familji ta’ immigranti li kienu mifrudin minħabba politika tal-era ta’ Trump u ordna li ssir reviżjoni tal-aġenda usa tal-immigrazzjoni tal-predeċessur tiegħu. 

F’tentattiv biex tiskoraġġixxi l-immigrazzjoni illegalli, l-amministrazzjoni tal-eks President Donald Trump isseparat adulti mingħajr dokumenti minn mat-tfal tagħhom waqt li kienu qed jaqsmu l-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

L-ordnijiet ta’ Biden se jwasslu biex titwaqqaf task force f’tentattiv biex ikun jista’ jerġa’ jgħaqqad mill-ġdid lil madwar 700 tifel u tifla li għadhom mifruda minn mal-familji tagħhom. L-amministrazzjoni ta’ Trump firdet minn tal-inqas 5,500 tifel u tifla mill-adulti tul il-fruntiera bejn l-2017 u l-2018. 

Attivisti qalu li l-amministrazzjoni tal-eks President Barack Obama, li tagħha Biden serva wkoll bħala Viċi President, isseparat ukoll tfal mingħajr dokumenti minn mal-adulti fil-fruntiera, għalkemm kienu aktar rari. 

Share With: