Bernard Grech ifakkar l-akbar legat ta’ Eddie Fenech Adami fil-jum ta’ għeluq sninu

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech sellem u rringrazzja lil Eddie Fenech Adami li llum jiċċelebra għeluq sninu. Fid-diskors tiegħu Grech qal li Eddie Fenech Adami huwa l-missier ta’ Malta Ewropea u li grazzi għall-ħidma tiegħu, iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha avvanzaw bil-libertà u li dan huwa l-akbar legat li ħalla dan l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-partit li llum huwa mmexxi minn Grech. 

“F’Birkirkara niftakar f’persuna li bdiet il-mixja politika tagħha ħafna snin ilu. Persuna li ħadem u wettaq il-bżonnijiet li kellhom in-nies ta’ żmienu. Li, ta kas l-għajta li kien hemm bżonn xogħol dinjituż, progress u ġustizzja. Dan huwa l-missier Malta Ewropea, Eddie Fenech Adami, li bis-saħħa tal-ħidma tiegħu, ta futur aħjar lill-Maltin”. Sostna dan Bernard Grech waqt l-attività politika tiegħu tal-lum li ttellgħet fit-Triq il-Kbira, Birkirkara.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Fenech Adami għadu jinteressah fil-ġid ta’ kulħadd u li huwa persuna li jagħti kas lill-bniedem u poġġih fiċ-ċentru tal-politika. 

Huwa żied jgħid li, “il-legat tiegħu u ta’ eluf li ħadmu spalla ma’ spalla miegħu, kienet li l-ħolma tal-libertà ssir realtà. Il-libertà tħalli lil kulħadd jimxi ‘l quddiem, tgħinu jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu u jkollu l-kuraġġ li jista’ jasal fejn irid“.

Fil-kampanja “Paġna Ġdida għal Pajjiżna” Grech 

Share With: