“Bejn l-2005 u l-2017 insterqu 50 ġurnata leave lill-ħaddiema” – Il-Ministru Carmelo Abela

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal li b’dan l-abbozz ta’ liġi se titwettaq wegħda oħra elettorali. Żied jgħid li dan se jkun qiegħed jagħti importanza lill-kundizzjonijiet tal-ħaddiema billi se jintlaħaq bilanċ bejn xogħol u familja. 

Abela qal li dan il-gvern qiegħed ireġġa’ lura dak li daħal fl-2005 taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Lawrence Gonzi. B’din l-emenda dak li ċaħħad ħaddieħor se jkun qiegħed jagħtih lura dan il-gvern. 

Hu kien qed jitkellem dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-Festi Nazzjonali u btajjel Pubbliċi. Il-Ministru Carmelo Abela qal li fis-sena 2005 kienet saret emenda li meta festa nazzjonali jew btala pubblika taħbat is-Sibt jew Ħadd, qabel kienet tiżdied mal-leave, iżda b’dik l-emenda dan id-dritt kien intilef. 

“Mis-sena 2005 sa 2017 insterqu 50 ġurnata leave lill-ħaddiema”, iddikjara l-Ministru Abela.

Share With: