Bdiet taħsel l-oqbra biex tegħleb il-biża’… tixtieq tibqa’ tagħmel dan ix-xogħol

Tfajla ta’ 12-il sena tinsab fuq l-aħbarijiet għall-premju li kisbet fl-aħħar ġimgħat għall-ħidma tagħha fil-komunità. L-Awstraljana TJ Kleeman bdiet din il-ħidma tagħha bil-ħsieb li tegħleb il-biża’, iżda llum tgħid li tixtieq tħeġġeġ aktar persuni jgħinuha f’dan ix-xogħol li jagħtiha sodisfazzjon kbir.

It-tfajla bdiet tnaddaf l-oqbra ma’ ommha meta kellha biss erba’ snin. Ommha kienet toħodha tnaddaf dawn l-oqbra minħabba li kienu biddlu r-residenza u marru joqogħdu biswit ċimiterju li xejn ma kien niżel tajjeb lil TJ.

F’kummenti li tat it-tfajla qalet li tħossha “ħielsa u komda” tagħmel dan ix-xogħol volontarju u tixtieq li tibqa’ tagħmel dan ix-xogħol minkejja l-isfidi li tista’ toffrilha l-ħajja. Minkejja li fl-aħħar xhur hija sofriet xi ġrieħi f’idha, hi ma waqqfitx milli tagħmel dak li ilha tagħmel għal dawn l-aħħar tmien snin.

Share With: