Battibekk għax ċertu Ministri ma kinux fil-Parlament

Il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari fis-seduta tal-lejla kien karatterizzat minn battibekki bejn il-membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni fuq in-nuqqas ta’ preżenza ta’ ċertu ministri.

Kien il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li ġibed l-attenzjoni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li l-ministri li lejhom kienu qed jiġu indirizzati ċertu mistoqsijiet ma kienux preżenti minkejja li kienu qed jitwieġbu minn ministri oħra.

Dan ġab reazjoni min-naħa tal-Gvern fejn kemm id-deputat Joe Mizzi kif ukoll il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield innutaw li lanqas ma kienu preżenti deputati tal-Oppożizzjoni li kienu qed jagħmlu l-mistoqsijiet.

Kien wara li daħal id-deputat Jason Azzopardi, li ħafna mill-mistoqsijiet tiegħu kienu qed isiru f’ismu mill-istess Cutajar, li l-ħin tal-mistoqsijiet kompla b’mod normali bil-Ministru Carmelo Abela kompla jwieġbu dwar mistoqsijiet relatati mal-prekarjat.

Share With: