Barrani jispiċċa l-isptar wara li jittajjar fil-Marsa
Raġel barrani kellu jittieħed l-Isptar mater Dei għall-kura wara li ttajjar minn karozza fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30 p.m. fi Triq Diċembru Tlettax.
Ir-raġel intlaqat minn vettura li kienet misjuqa minn mara ta’ 48 sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post mar tim mediku biex jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel, u sussegwentement ħadu l-isptar għall-kura.
Il-kundizzjonijiet tiegħu għadhom mhumiex magħrufin.