ARA: Malti arrestat fl-Italja wara sejba ta’ 1,000 għasfur fi triqtu lejn Malta

Il-Pulizija Taljana arrestat Malti ta’ 68 sena wara li nqabad fi triqtu lura lejn pajjiżna b’1,000 għasfur tal-għana.

Il-Guardia di Finanza ta’ Reggio Calabria kienet qed tagħmel spezzjonijiet għad-droga fl-inħawi tal-istazzjon tal-ferrovija ta’ Villa San Giovanni meta raw il-vettura bi pjanċa tar-reġistrazzjoni Maltija.

Waqt it-tfittxija sabu 34 gabbjetta b’1,000 għasfur tal-għana protett u waqt li dawk f’saħħithom ġew meħlusa dak il-ħin stess l-oħrajn li le ġew mgħoddija lil għaqda tal-annimali li tispeċjalizza fil-kura.

Il-Malti, li fuqu nstabu wkoll €2,000 fi flus kontanti, mistenni jiġi akkużat b’moħqrija tal-annimali u traffikar ta’ annimali protetti.

Share With: