ARA: Jibdew jitlaqqmu persuni b’diżabbilità f’residenzi tal-Aġenzija Sapport

Mil-lum bdew jingħataw it-tilqima persuni b’diżabbilità li jirrisjedu f’residenzi tal-Aġenzija Sapport flimkien mal-istaff li jieħdu ħsiebhom.

L-ewwel residenza minn għaxra tal-Aġenzija li fiha beda jingħata l-vaċċin kienet Villino Maria fl-Imtarfa fejn b’kollox se jkunu tlaqqmu tmien residenti u seba’ membri tal-istaff. L-ewwel li ngħata t-tilqima kien Noel Xuereb.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli ħabbret li r-roll out tal-vaċċin kien ippjanat għal April, iżda ġie avvanzat għal dan ix-xahar.

B’kollox, kompliet tgħid il-Ministru li se jkunu qed jieħdu t-tilqima 933 persuna se jkunu ħadu ż-żewġ dożi sal-aħħar ta’ Marzu.

Preżenti kien hemm ukoll ic-Ceo Ruth Sciberras u s-Segretarju Permanenti responsabbli mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Matthew Vella.

Share With: