ARA: Il-maħfra presidenzjali mogħtija lil Vince Muscat

Il-Gvern ippubblika l-maħfra presidenzjali li ngħatat lil Vince Muscat, magħruf bħala l-koħħu. Muscat ilbieraħ ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Huwa ngħata sentenza ta’ 15-il sena priġunerija, madankollu ngħata immunità b’rabta mal-qtil ta’ avukat f’Birkirka fl-2015.

Il-maħfra, li hija ffirmata mill-President tar-Repubblika George Vella, tisħaq li Muscat għandu jagħti l-istorja kollha mill-bidu sal-aħħar kif magħrufa minnu dwar kif ġie kkuntrattat, ippjanar u esegwit id-delitt ta’ Dr Carmel Chircop.

Huwa jrid jgħid ukoll l-identità tal-mandant jew mandanti tad-delitt, u kif ukoll l-identità ta’ min wettaq id-delitt.

Fost affarijiet oħrajn huwa jrid jagħti informazzjoni b’rabta mal-arma li ntużat minn min wettaq id-dellit u kif ukoll x’ġara mill-arma wara li seħħ il-qtil.

Share With: