“Anzjani bil-pensjoni fi tbatija kbira dwar akkomodazzjoni minħabba li jkunu qed jisseparaw” – Anthony Agius Decelis

Id-Deputat Laburista Anthony Agius Deċelis iddikjara li hemm anzjani li qed jisseparaw meta jkunu bil-pensjoni. Qal li din qed iġġib ħafna tbatija jekk ikunu fil-kera. Hemm skemi iddedikati għal dawn in-nies.

Il-Ministru Roderick Galdes qal li  “70 fil-mija ta’ dawk li qegħdin fuq il-lista fejn talbul-għajununa dawn huma single parents jew separati. Għal kull raġel li hemm fuq il-lista hemm tlett nisa. Hemm anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena  u   hemm sitwazzjoni fejn dawn ma jkunux jistgħu jieħu self mill-bank. Aħna nidħlu f’dawn il-każi bħala Housing biex intuhom akkomodazzjoni”.

Share With: