Anzjan l-isptar wara inċident bejn mutur u karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Sewwieq ta’ mutur sofra xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-5:50 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn anzjan ta’ 69 residenti s-Siġġiewi u vettura tal-għamla Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 32 residenti l-Fgura.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.

Share With: