Alfred Sant isejjaħ għat-tneħħija tad-drittijiet patentati biex issir produzzjoni dinjija tal-vaċċini COVID-19

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant ħeġġeġ għat-tneħħija tad-drittijiet patentati, sabiex tkun tista’ ssir produzzjoni massiva mad-dinja kollha tal- vaċċini COVID-19 u, b’bod sussegwenti, it-tnedija mgħaġġla u mifruxa ta’ programmi ta’ tilqim.

Fi stqarrija waqt id-dibattitu plenarju tal-lum fil-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni attwali tal-istrateġija tal-UE għat-tilqim COVID-19, Alfred Sant qal li l-oligopolija fil-manifattura globali tal-vaċċini COVID-19 mhux qed jaħdem issa, u mhux se jaħdem fil-futur. Fil-periklu hemm mijiet ta’ eluf, tabilħaqq miljuni, ta’ ħajjiet.

Din hija t-tieni sessjoni plenarja li tiffoka fuq COVID-19 u kienet opportunità għall-Membri tal-Parlament Ewropew biex jisimgħu spjegazzjoni mill-president tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen dwar l-istrateġija tal-vaċċin fid-dawl tal-pressjoni dejjem tikber fuq l-UE rigward kunsinji tal-vaċċin, kuntratti u trasparenza.

“Miljuni mietu. Miljuni spiċċaw priġunieri fi djarhom. Intilfu negozji u mpjiegi. Globalment, bosta kumpaniji huma kapaċi u lesti li jikkontrollaw l-għarfien u jipparteċipaw fil-produzzjoni u l-provvista ta’ dożi tal-vaċċin “, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.

“Kumpaniji farmaċewtiċi ilhom jikkompetu biex jiksbu riċerka u produzzjoni mgħaġġla u mbagħad jiksbu l-approvazzjoni regolatorja għall-vaċċin tagħhom kontra l-virus”. “Kellna bżonn li din it-tellieqa sseħħ sabiex niksbu kontroll malajr fuq il-pandemija. Issa li wasalna fl-istadju tal-produzzjoni għall-vaċċini li nħolqu, huwa inkredibbli li l-gvernijiet tad-dinja jibqgħu apparentement marbuta ma’ sistema ‘business as usual’ rigward il-produzzjoni u l-kunsinji tal-vaċċini “.

Share With: