Aktar minn 120 applikaw biex il-Gvern jgħinhom biex jixtru dar fejn joqogħdu

Quddiem il-problema li qed jiffaċċjaw żgħażagħ biex jixtru d-dar fejn dawn isibu li mhux se jun jistgħu jisselfu ammont biżżejjed biex ikollhom biex jixtru saqaf fuq rashom, sar magħruf li sa issa kien hemm aktar minn 120 persuna li applikaw għal din it-tip ta’ għajnuna. 

Il-Ministru Roderick Galdes fil-Parlament qal li konna ħabbarna l-Home Deposit Scheme, fejn persuna li jkollha probelma ta’ likwidità għal self, il-gvern jgħinhom b’self ta’ bejn €15,00 u €17,000 u l-Gvern iħallasslu l-imgħax.

“Sa fejn naf jien ilħaqna applikazzjonijiet mhux ħażin u sa xahrejn ilu kien hemm aktar minn 120 applikazzjoni”, qal il-Ministru Galdes.

Share With: