“Aħfirli omm, aħfirli li ma rnexxilix nasal ħdejk”

Ittra li nstabet ma’ grupp ta’ tmien immigranti mejtin

Ritratti xokkanti li ġew pubblikati kienu qed juru każ fejn karozza waqfet waqt li kienett qed taqsam id-deżert tas-Sahara fil-Libja. Mal-karozza instabu tmien iġssma ta’ persuni Sudaniżi. Jidher li f’din il-karozza kien hemm 13-il persuna oħra imma dawn ma instabux.

Jidher li dawn misjuba mejta mietu bil-ġuħ u bil-għatx. Il-karozza instabet madwar 400 kilometru fil-lbic ta’ Kufra fil-Libja. L-awtoritajiet Libjani qed jagħmlu investigazzjoni fejn kollox qed jindika li din il-familja telqet minn Al Fashir fis-Sudan u aktarx kienu sejrin lejn Kufra, post li minnu jgħaddu l-immigranti qabel ikomplu l-vjaġġ lejn in-naħa ta’ fuq tal-Libja. Fil-karozza instabet ittra li parti minnha kienet tgħid “aħfirli omm, aħfirli li ma rnexxilix nasal ħdejk”.

Share With: