AĠĠORNATA: Isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop

Sewwieq ta’ mutur indarab f’inċident li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tal-5:00 p.m fi Triq l-Ewwel Titjira 1914 f’Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla LEXUS IS220 misjuqa minn raġel Sirjan ta’ 25 sena residenti Raħal Ġdid u mutur tal-għamla Kymco Agilitymisjuq minn raġel mill-Bangladesh ta’ 21 sena residenti l-Mosta.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard irriżulta li s-sewwieq kien sofra minn ġrieħi gravi.

Share With: