AĠĠORNAT: 15-il sena ħabs għal Vince Muscat b’rabta mal-qtil ta’ DCG

Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ġie kkundannat 15-il sena ħabs għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Muscat illum ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u fl-għoti tas-sentenza, l-Imħallef Edwina Grima tat is-sentenza wara qbil bejn id-difiża tal-Koħħu u l-prosekuzzjoni.

Il-Koħħu ġie ordnat ukoll iħallas €42,930, li huma terz tal-ispejjeż tal-Qorti. Wara l-għoti tas-sentenza, l-avukat Marc Sant li qed jidher għal Vince Muscat qal li kien qiegħed jirrinunzja għall-appell.

Aktar qabel: Wieħed mit-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ammetta l-involviment tiegħu fid-delitt.

Vince mUscat magħruf bħala l-Koħħu ammetta li fis-16 ta’ Ottubru tal-2017 qatel lil Caruana Galizia fil-Bidnija permezz ta’ bomba li tpoġġiet fil-karozza tagħha.

Dwar dan il-każ qed jiġu akkużati bil-qtil l-aħwa George u Alfred Degiorgio waqt li n-negozjant Yorgen Feenech qed jiġi mixli b’kompliċità f’dan id-delitt.

Muscat ammetta l-involviment tiegħu quddiem l-Imħallef Edwina Grima hekk kif komplew jitressqu t-trattazzjonijiet qabel ma t-tlett irġiel kellhom jibdew għaddejjin ġuri dwar dan il-qtil.

Share With: