70% tas-sidien tal-bars u l-każini talbu għall-informazzjoni dwar l-iskema t’għajnuna

Aktar minn 70% tas-sidien tal-bars u l-każini liċenzjati f’Malta u Għawdex talbu għall-informazzjoni dwar l-għajnuna li se tingħata mill-Gvern. Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, fejn aktar kmieni dalgħodu kkonferma li din l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja ntlaqgħet b’mod tajjeb ħafna. L-applikazzjonijiet għal din l-iskema se jkunu miftuħin matul l-ewwel nofs tax-xahar li ġej.

Fl-aħħar tas-sena li għaddiet il-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar li l-Gvern se jalloka miljun ewro għas-sidien tal-bars u l-każini f’għajnuna minħabba deċiżjonijiet iebsa li kellhom jittieħdu fosthom l-għeluq ta’ dawn l-istabbilimenti. Intant f’konferenza tal-aħbarijiet lejn l-aħħar ta’ Jannar li għadda, il-Prim Ministru kien ħabbar li fid-dawl tal-miżuri ġodda li kellhom jidħlu fis-seħħ minn Frar ġie deċiż li l-għajnuna finanzjarja għall-bars u l-każini ser tiżdied b’aktar mid-doppju b’valur totali ta’ madwar €2.2 miljun.

Share With: