5,580 Maltin japplikaw biex jibqgħu fir-Renju Unit

Madwar ħames miljun ċittadin tal-UE, fosthom 5,580 Maltin, talbu lir-Renju Unit biex jibqgħu jgħixu fih minkejja l-Brexit.

L-ikbar ammont ta’ applikazzjonijiet, 773,840, daħlu minn Pollakki segwiti minn 670,600 mir-Rumanija u 401,350 mill-Italja.

L-unika pajjiż tal-UE li kellu inqas applikazzjonijiet minn Malta kien is-Slovenja bi 3,640.

Huwa ikkalkulat li madwar 4.3 miljun mill-applikazzjonijiet diġà ntlaqgħu bil-Ministru Michael Gove kwotat jgħid li dan kien reklam kbir għal pajjiżu.

Share With: