55 immigrant ieħor arrestati mal-wasla tagħhom f’Birżebbuġa

Aktar kmieni, għall-ħabta tal-5:30 a.m, il-Pulizija ġew infurmati li fl- akwati ta’ Wied il-Buni, Birżebbuġa kien dieħel grupp ta’ immigranti.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, fejn sabu 55 immigrant, kollha rġiel. Jidher li dawn waslu Malta b’dinghy li jidher li telaq mil-Libja u li nstab fil-viċinanzi.

L-immigranti ttieħdu mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni għal aktar investigazzjoni.

Share With: