2,675 jirreġistraw għax-xogħol f’Jannar

In-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Jannar li għadda kien ta’ 2,675.

Dan kien ifisser żieda fuq l-1,691 li kienu qed jirreġistraw f’Jannar 2019 għalkemm 984 inqas fuq in-nies li kienu qed ifittxu xogħol f’Diċembru 2019.

Dan joħroġ minn ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO) għal Jannar li għadda.

Mill-2,675 jirreġistraw l-ikbar numru, 2,483, kienu Maltin b’192 Għawdxin. Minn dawk f’Malta 1,630 kienu rġiel waqt li fost l-Għawdxin 853 kienu rġiel.

In-numru ta’ persuni b’diżabilità jfittxu xogħol żdied b’20 fuq Jannar 2019 biex laħaq il-251.

Share With: