226 każ ġdid; Imutu żewġ anzjani

Minn 3,274 swab test irriżultaw 226 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 220 persuna li kienu rapportati li rkupraw mill-virus. In-numru ta’ swab tests rapportati llum jirriflettu 1,001 rapid tests li saru matl dawn l-aħħar ġimgħat.

Intant in-numru ta’ persuni li rċevew żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tela’ għaal 21,767, bl-awtoritajiet tas-saħħa jindikaw li sal-bieraħ kienu ġew amministrati 68.779 doża tal-vaċċin.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa qal li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm żewġ anzjani li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Iż-żewġ anzjani, raġel ta’ 84 sena, u mara ta’ 97 sena, mietu l-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li n-numru ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 f’pajjiżna tela’ għal 308.

Share With: