164 każ ġdid… jirkupraw 165 persuna… Imutu żewġ anzjani

Aktar minn 13,820 persuna ħadu żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19, hekk kif sal-bieraħ b’kollox ġew amministrati 46,344 doża. 

Intant matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 164 każ ġdid ta’ Covid-19, wara li ttieħdu 2,873 swab test. Fl-istess waqt kien hemm 165 persuna li kienu rapportati bħala li kienu rkupraw mill-virus, biex in-numru ta’ każi attivi issa jammonta għal 2,398.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul l-aħħar sigħat anzjan ta’ 84 sena miet waqt li kien rikoverat fl-Isptar Karen Grech, filwaqt li anzjana ta’ 82 sena mietet waqt li kienet rikoverata fl-Isptar Mater Dei. 

Share With: