“15.5% tal-impjegati jistgħu jaħdmu bit-telework” – Il-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jikkalkula li 15.5% tax-xogħol jista’ jsir barra l-post tal-impjieg.

Huwa ikkonkluda dan wara stħarriġ li għamel dwar it-teleworking fejn sab li matul l-2019 kienu biss 11.7% li għamlu parti mix-xogħol, jew ix-xogħol kollu, mid-dar meta dan seta kien 3.8% aktar.

L-istħarriġ sab li fl-ewwel fażi tal-pandemija dawk li jaħdmu mid-dar tela għal 33% f’Marzu u April meta l-medja fl-UE kienet ta’ 48%.

Huwa jikkonkludi wkoll li meta wieħed iżid attivitajiet li huma inqas prattiċi li jsiru bit-‘teleworking’, iżda li xorta jista’ jkun possibbli li jsiru barra l-post tax-xogħol, dan iwassal biex ikunu 23% li jistgħu jaħdmu bit-‘telework’.

F’xenarju fejn għalkemm il-ħidma ideali issir fuq il-post tax-xogħol imma f’“ċirkostanzi straordinarji” din tista’ ssir mid-dar l-ammont jitla’ għal 33.8%.

Share With: