12,135 persuna jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin; Imutu żewġ anzjani

Aktar minn 12,135 persuna ħadu żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19, hekk kif sal-bieraħ b’kollox ġew amministrati 43,337 doża. Dan wassal biex b’kollox kien hemm 12,135 persuna li ħadu ż-żewġ dożi.

Intant matl dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 167 każ ġdid ta’ Covid-19, wara li ttieħdu 2,217-il swab test. Fl-istess waqt kien hemm 165 persuna li kienu rapportati bħala li kienu rkupraw mill-virus, biex in-numru ta’ każi attivi issa jammonta għal 2,406.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li n-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-Covid-19 issa tela’ għal 286, wara li matul dawn l-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 78 sena u anzjana ta’ 82 sena mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Share With: