STĦARRIĠ: Robert Abela l-aktar mexxej fdat b’distakk qawwi fuq Bernard Grech

Ftit aktar minn sena wara li Robert Abela nħatar Prim Ministru, it-TORĊA kkummissjonat studju xjentifiku mill-istatistiku Dott. Vincent Marmarà.

Minn dan l-istħarriġ jirriżulta li l-Prim Ministru Robert Abela jgawdi fiduċja b’saħħitha fost l-elettorat għaliex 52.7% tal-elettorat wieġeb li huwa l-aħjar mexxej biex imexxi lill-pajjiż, waqt 33.2% wieġbu li jippreferu lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.

Dr Marmarà spjega li bħalma għamel f’kull stħarriġ politiku ieħor, uża l-Multiple Imputation Technique, jiġifieri li meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, wieħed ikun jista’ jsib replacement xjentifiku għal dan il-grupp ta’ nies. Qal li meta jiġi applikat il-metodu, jinħarġu riżultati aktar ċari tar-riżultati finali ta’ bejn iż-żewġ mexxejja. Żied jgħid li b’hekk ir-riżultat xjentifiku juri distakk ta’ 19.5% bejn iż-żewġ mexxejja ewlenin.

DISTAKK QAWWI…

VOTANTI PL – 2017: Min taħseb li huwa l-aħjar mexxej biex imexxi lill-pajjiż?

Meta n-nies ġew mistoqsija dwar liema mexxej jafdaw fit-tmun tal-pajjiż, fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017, 88.8% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 1.5% qalu Bernard Grech, 5.6% rrifjutaw li jwieġbu jew qalu li huma indeċiżi, 1% wieġbu “oħrajn” u 3% qalu li ma jafdaw lil ħadd.

VOTANTI PN – 2017: Min taħseb li huwa l-aħjar mexxej biex imexxi lill-pajjiż?

Survey pages 1 4 FRONT u BACK.indd

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl- aħħar elezzjoni ġenerali, 77.5% qalu li jafdaw lil Bernard Grech, 3.3% għażlu lil Robert Abela, 8.6% rrifjutaw li jwieġbu jew qalu li huma indeċiżi, 3.3% wieġbu “oħrajn” u 7.3% qalu li ma jafdaw lil ħadd.

Share With: