STĦARRIĠ: Il-PL fdat b’13.5% aktar mill-PN

Li kieku ssir elezzjoni ġenerali għada lil min tivvota?

Dwar jekk issir elezzjoni ġenerali għada, meta wieħed japplika l-mudell xjentifiku ta’ Multiple Imputation Technique, id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huwa ta’ 13.5% favur il-Partit Labur- ista. F’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada,

55.5% wieġbu li jivvutaw lill-Partit Laburista, 42% jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista u 2.5% jivvutaw lill-ADPD jew partiti oħrajn. L-istatistiku Marmarà qal li dan ir-riżultat jagħti distakk ta’ madwar 40,000 vot favur il-Partit Laburista.

Dr Marmarà stqarr li hawnhekk jidher biċ-ċar li x-shifts żgħar ħafna li hemm bejn il-partiti qed jikkanċellaw lil xulxin. Fl-istess waqt, ir- retention tal-voti tal- Partit Laburista hija aħjar minn dik tal-Partit Nazzjonalista.

Meta r-riżultat tal-isħarriġ li sar bejn il-25 u t-28 ta’ Jannar jitqabbel mar-riżultat tal- elezzjoni ġenerali tal-2017, jinnota żieda ta’ 0.5% aktar għal Partit Laburita u tnaqqis ta’ 1.7% għall-Partit Nazzjonalista. 

Share With: