Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza

Raġel ta’ 56 sena li jgħix San Ġwann, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident tat traffiku, f’Santa Venera. 

Illum, għall-ħabta tat-2:40 p.m, il-Pulizija ntalbet għall-għajnuna fi Triq  Marsa Ħamrun bypass għax seħħ inċident tat-traffiku. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur BMW misjuq mir-raġel u karozza Kia misjuqa minn  mara ta’ 47 sena li tgħix Ħal Għaxaq. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin. 

Share With: