Rapport “mgħawweġ” fil-konfront tad-Deputat Maria Deguara… L-Ispeaker jitlob li ssir kjarifika

Id-Deputata Nazzjonalista Maria Deguara ilmentat dwar ir-rappurtaġġ  ta’ intervent li hi għamlet  fil-Parlament b’rabta mal-Covid19 u ż-żgħażagħ, fejn ġie rappurtat li hi qalet li ż-żgħażagħ qed ixerrdu l-Covid.

L-Ispeaker Anġlu Farrugi f’ruling li ta dwar dan qal li “Maria Deguara qalet li l-perċentwal ta’ Covid-19 fost żgħażagħ qed jitla’ sewwa. Naf li żdiedu sew wara l-attivitajiet tal-Milied  u l-ewwel tas-sena. Tħassru l-attivitajiet tal-karnival imma dawn xorta se jitilgħu Għawdex. Naħseb li fuq il-vapur għandhom jagħtu l-indirizz ta’ fejn joqogħdu”.

L-ispeaker qal li “Maria Deguara imkien m’għamlet statement kategoriku li ż-żgħażagħ qed ixerrdu l-mard lill-vulnerabbli. Għalhekk dak rappurtat minn One News hu interpretazzjoni tagħhom. Is-Sedja tħoss li għandna rapport mgħawweġ u One News għandu jagħmel kjarifika u jgħid li Maria Deguara mkien ma qalet li ż-żgħażagħ qed ixerrdu l-Covid-19.”

Share With: