Qassis irtirat li kien ukoll għalliem investigat fuq allegati abbużi sesswali

Qassis irtirat, li kien ukoll għalliem qed ikun investigat fuq allegati abbużi sesswali fuq tfal. Il-każ li xxokkja lil għadd kbir ta’ ġenituri seħħ fid-Djoċesi ta’ Santu Wistin fi Florida. Jidher li d-Djoċesi minkejja pressjoni li qed issirilha għadha ma qalitx kemm  hemm każi ta’ allegati abbużi fil-konfront ta’ Fr David Terrence Morgan.

Wieħed minn dawn il-każi li fuqu kien jinvolvi relazzjoni sesswali li kienet ilha sa mis-sena 1977.  Il-qassis, dak iż-żmien kien  ukoll għalliem tar-reliġjon f’Bishop Kenny High School.  Il-qassis qed ikun akkużat li r-relazzjoni sesswali damet madwar tlett xhur ma’ żagħżugħ ta’ 17-il sena. 

Jidher li l-qassis irtirat li llum għandhom 71 sena, irrifjuta li jwieġeb għad-domandi tal-Pulizija u b’ittra mill-avukati tiegħu invoka id-drittijiet Kostituzzjonali tiegħu. 

Minkejja dan proprju fl-aħħar jiem qabel l-aħħar tas-sena, id-Djoċesi ta’ Santu Wistin infurmat lill-parruċċani li kienet qed tinvestiga għadd ta’ allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali ġodda li allegatament twettqu minn dan il-qassis irtirat. Id-djoċesi semmiet l-allegazzjonijiet fil-bullettini tagħha imma ma’ speċifikatx in-natura tagħhom jew meta setgħu seħħew.  Qed issir biex jekk hemm aktar allegati vittmi jersqu ‘lquddiem.

Mhux magħruf eżattament, kif seħħ u meta kien l-irtirar ta’ David Terrence Morgan. Filfatt hu kien għadu viċi fil-Katidral ta’ Santu Wisstin meta imbagħad kien telaq għal dak li ssejjaħ ‘leave sabbatiku’. Dan seħħ fis-sajf tas-sena 2018.

Morgan kien ididkjara li “bl-għajnuna ta’  direttur spiritwali u konsulenti professjonali, qed niġi mgħejjun għal din il-fażi ġdida f’ħajti.”  L-irtirar tiegħu qatt ma kien imħabbar mid-Djoċesi. 

Share With: