Provi kliniċi mill-Università ta’ Oxford għal mediċina kontra l-Covid19

Riċerkaturi mill-Università ta’ Oxford qegħdin jippjanaw li jagħmlu provi kliniċi fuq mediċina li qed turi sinjali li tista’ tnaqqas l-imwiet mill-Covid19. Dawn is-sinjali intwerew f’testijiet f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

L-għan ta’ dawn il-provi hu biex finalment tinstab mediċina li tkun effettiva hekk kif jibdew jidhru is-sintomi tal-Covid19. Dawn il-provi kliniċi se jkunu qed jassessjaw il-mediċina Ivermectin, mediċina li tintuża kemm fuq annimali u anke bnedmin. 

Il-Professur tal-Kura Primarja f’Oxford, Chris Butler kien rappurtat jgħid li “l-mediċina Ivermectin għandha potenzjal li tkun anti viral u anke kapaċi tiġġieled l-infjammazzjoni. Sa issa saru ftit provi  f’pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw. Mill-provi ħareġ li din tgħin biex persuni jirkupraw,tnaqqas l-infjammazzjoni  u anke tnaqqas il-bżonn li wieħed jidħol l-isptar bil-Covid19.

Din il-mediċina taħdem billi timblokka milli l-proteina tidħol fin-nuklei taċ-ċellel umani u għalhekk tillimita il-kapaċità li l-virus jirreplika.

Paul Marik minn Eastern Virginia Medical School, iddikjara li “din tista’ eluf ta’ nies kuljum. L-informazzjoni li nġabret hi mill-Messiku, l-Indja u l-Amerika ta’ Isfel u din turi li l-mortalità naqset”.

Share With: