Probabbilità li l-mewt ta’ uffiċjal fl-Istati Uniti titqies bħala omiċidju

Uffiċjali fl-Istati Uniti ħabbru li bdew b’investigazzjoni federali b’rabta mal-qtil tal-uffijċal tal-Pulizija fil-protesti f’Capitol Hills.

Huwa maħsub li l-uffiċjal Brian D Sicknick miet wara li ntlaqat b’daqqa ta’ fire extinguisher f’rasu wara li l-forzi tal-ordni intervjenew biex iżommu folla ta’ partitarji ta’ Donald Trump.

Il-mewt tiegħu qed tiġi investigata mid-Dipartiment tal-omiċidji fi ħdan il-Pulizija Metropolitana, il-Pulizija f’Capitol msieħba federali oħrajn.

Share With: