Pollakk li kien ġie arrestat f’pajjiżna jeħel sentenza ta’ għomor il-ħabs

Il-Pollakk Kajetan Poznański li kien ġie arrestat Malta fi Frar tal-2016 ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li qatel lil Katarzyna Jaroszyńska.

Il-vittma, għalliema tat-Taljan ta’ 30 sena kienet inqatlet fl-appartament tagħha f’Warsaw. Il-katavru kien ittieħed fl-appartament tal-agressur u ngħatat in-nar. Hawnekk telaq lejn il-Ġermanja wara l-Italja imbagħad lejn Malta. Ftit tal-jiem wara l-wasla tiegħu f’Malta huwa ġie arrestat fil-Belt Valletta.

Waqt li kien qiegħed jiġi estradit Poznański, attakka wkoll wieħed mill-uffiċjali li kienu qegħdin jgħassuh.

Il-Pollakk ġie ordnat ukoll iħallas €16,500 lill-ġenituri tal-vittma bħala parti mis-sentenza.

Share With: