Moderna tgħid li l-vaċċin tagħha huwa effettiv kontra l-varjanti ġodda, iżda se tkun qed tħadem fuq it-tielet doża

Il-kumpanija tal-farmaċewtika Moderna llum qalet li studji li għamlet juru li l-vaċċin tagħha huwa effettiv konta varjaneti oħrajn tal-Covid-19 li ġew identifikati fir-Renju Unit u l-Afrika t’Isfel.

Madankollu qalet li bħala prekawzjoni l-kumpanija se tkun qed iżid booster ieħor tal-vaċċin, biex id-dożi li persuna tiegħu b’kollox jitilgħu għal tlieta. Hija qalet ukoll li bdiet l-istudji tagħha dwar booster speċifikament għall-varjant reġistrat fl-Afrika t’Isfel.

“Ninsabu inkoraġġiti b’din l-informazzjoni l-ġdida, li ssaħħaħ il-fiduċja tagħha li l-vaċċin ta’ Moderna kontra l-Covid-19 għandu jkun effettiv u jipproteġi lill-persuni kontra dawn il-varjanti l-ġodda li nstabu,” tenna Stephane Bancel, l-Uffiċjal Kap Eekuttiv ta’ Moderna.

Żied jgħid li biex tkun aktar kawta, il-kumpanija se tkun qed tipproduċi booster kontra l-varjant li nstab fl-Afrika t’Isfel.

Min-naħa l-oħra din it-tieni booster mhix se tkun meħtieġa kontra l-varjant li nstab fir-Renju Unit.

Share With: