“Meta ġuvni jitħalla f’limbu legali għal 8 snin fuq att li wettaq meta kien għadu żagħżugħ, joħroġ ċar li għandna problema fil-Qrati tagħna” – Rosianne Cutajar

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi Rosianne Cutajar, fuq il-pjattaforma soċjali ta’ Facebook kitbet li “meta ġuvni jitħalla f’limbu legali għal 8 snin fuq att li wettaq meta kien għadu żagħżugħ, joħroġ ċar li għandna problema fil-Qrati tagħna.”

Cutajar kitbet dan il-messaġġ fid-dawl ta’ sentenza li ngħatat illum mill-Qorti Kriminali wara 8 snin stennija għal ġuvni li wettaq att kriminali meta kellu 18-il sena. Is-Segretarju Parlamentari qalet li mingħajr ma tidħol fil-mertu ta’ dan il-każ partikolari, hemm każi oħrajn bħal dan. Cutajar qalet li “naf li bħalu hemm ħafna li għaddejjin minn dan il-martirju – għalija, din is-sistema ma nista’ qatt insejħilha ġusta.”

Is-Segretaju Parlamentari kkonkludiet tgħid li “għandna bżonn id-determinazzjoni u l-kuraġġ biex sistema li ilha xxekkilna għal snin twal nibdluha, illum qabel għada.”

Share With: