Libjan mixli li għamel ħsara fl-Għassa tal-Imsida u rreżista lill-Pulizija

Libjan ta’ 35 sena baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li rreżista bi vjolenza lil tliet uffiċjali tal-pulizija ġewwa l-Għassa tal-Imsida. Il-każ seħħ kmieni s-Sibt filgħodu.

Fadi S.B. Shilig ġie mixli wkoll li għamel ħsara fuq bieb tal-ħġieġ, b’dannu għall-Korp tal-Pulizija, u li ma obdiex l-ordinijiet leġittimi tal-Pulizija.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u nżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest billi jidher li l-imputat jidher li m’għandux indirizz fiss f’dawn il-gżejjer.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley filwaqt li l-imputat kien assistit mill-Avukat tal-għajnuna legali Mark Mifsud Cutajar.

Share With: